Nyctophilia ta’ Daniel Schembri j?ib mieg?u stil ?did fil-letteratura Maltija. Dan huwa rumanz binfluwenzi letterarji ta Camus u Bukowski u b’estetika oskura li t?ares lejn u timmedja fuq id-dekadenza. Fix-xenarju letterarju Malti temi b?al dawn huma rari, jekk mhux kwa?i ine?istenti, u x-xog?ol ta’ Schembri jispikka wkoll b?ala wie?ed provokattiv. Mhumiex komuni l-okka?jonijiet letterarji Maltin fejn niffukaw ?afna fuq id-dekadenza, l-kruha u l-mewt b?ala t-temi prin?ipali tar-rumanz.
It-titlu tal-ktieb innifsu jissu??erixxi l-im?abba g?al-lejl u dak kollu li hu mudlam. Madankollu, din ir-referenza mhijiex mag?mula biss g?all-estetika, imma anke b?ala metafora importanti g?all-ktieb g?ax l-essenza vera tar-rumanz tevolvi madwar id-dlamijiet tar-ru?. F’dawn id-dlamijiet l-awtur jittratta dilemmi morali li jqanqlu ?afna anatagoni?mu mis-so?jetà. In-narrattiva tevolvi b’referenza lejn l-orrur tal-?isem, l-aspetti fluwidi u versatili tal-bniedem, l-aspetti vixxerali tas-sess, il-mard u kif ukoll il-mewt.
Il-mard u s-sofferenza li j?ib mieg?u, kemm fi?iku kif ukoll psikolo?iku, huwa pre?enza konstanti fil-?ajja tal-karattri tar-rumanz. Is-sofferenza tal-karattri ??ib mag?ha l-assurdita fl-e?istenza, spe?jalment quddiem l-immensità tal-kosmos fejn il-karattru prin?ipali jesperjenza l-indifferenza tal-univers u g?alhekk damn iqajjem mistoqsijiet dwar il-mortalità tal-bniedem.
L-esplorazzjoni ta’ dan il-ktieb tad-dekadenza u l-aspetti oskuri tal-e?istenza toffri esperjenza ta qari unika fil-letteratura Maltija fen is-soltu insibu ?elebrazzjoni tal-?ajja. Dan ir-rumanz iservi b?ala tifkira li l-letteratura g?andha s-setg?a li tikkonfronta veritajiet skomdi u tesplora temi meqjusin tabù, spe?jalment quddiem l-aspettattivi u n-normi tas-so?jetà fuq il-?ajja u l-mewt.
Website Editor
Historian and Publisher


Leave a Reply