Despite earlier this year the Prime Minister announcing that the public contracts awarded Vitals and Steward Healthcare were “good value for money”, the Labour Party is pledging to execute the projects which were originally entrusted to Vitals and Steward’s. These projects include a new 300-bed intermediate care hospital at St Vincent de Paul and the expansion of Gozo General Hospital. Mater Dei will also be expanded.
The expansion of the Gozo Hospital was an original project entrusted to Vitals along with the expansion of intermediate care that was earmarked for Karin Grech Hospital and Saint Luke’s
In 2023, the Courts concluded that the Vitals concession had been fraudulent from the outset and heavily tilted in favour of private interests at the expense of the Maltese public.
You can read the full Labour Party press release below.
Stqarrija
It-Tnejn, 11 ta’ Mejju, 2026
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-Prim Ministru ħabbar pjan ċar għat-tisħiħ tal-qasam tas-saħħa hekk kif ħabbar bosta miżuri mill-manifest Int Malta
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li l-Manifest elettorali Int Malta għandu miri speċifiċi fejn jidħol il-qasam tas-saħħa, dik li Malta tibqa’ bl-aħjar healthy life expectancy fl-Ewropa filwaqt li nibdew innaqqsu r-rata ta’ obeżità f’pajjiżna.
Dr Abela ħabbar numru ta’ miżuri relatati mas-servizzi relatati mal-qasam tas-saħħa. Huwa qal li Gvern Laburista se jkompli jsaħħaħ is-servizz tal-iscreening. Qal li l-età tal-iscreening tas-sider u anke tat-testijiet għall-kanċer tal-musrana se tinżel għal 45 sena. Se jibda wkoll l-iscreening għall-kanċer tal-pulmun lil dawk il-persuni high risk u għall-kanċer tal-prostata fl-irġiel li jagħlqu l-55 sena. L-istess se japplika għall-persuni li jkollhom familjari bi storja ta’ kanċer tal-frixa.
Huwa qal li Gvern Laburista jrid ikompli jipprevjeni l-kanċer tal-għonq tal-utru, għalhekk se jitqassmu self-screening swab tests, filwaqt li jiġi offrut il-vaċċin kontra l-HPV lin-nisa kollha taħt il-35 sena u jitwessa’ l-aċċess għal dan il-vaċċin għall-irġiel. Dr Abela tenna li miżura oħra se tkun qed tħares lejn aktar investiment biex pajjiżna jkollu tagħmir ieħor modern li jtejjeb l-iscreening tar-retina fost pazjenti dijabetiċi.
Ħabbar li biex isir dan kollu b’mod iktar effettiv l-isptar Sir Paul Boffa se jsir Ċentru Nazzjonali tal-iscreening. Il-post se jilqa’ wkoll iċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana u ċentru għat-tilqim li jkun miftuħ il-ġurnata kollha.
Il-Prim Ministru qal li Gvern Laburista se jkompli jinvesti f’iktar tagħmir fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo – investiment fit-tieni PET-CT Scanner li jassigura interventi dejjem aktar effettivi kontra l-kanċer, bl-inqas impatt possibbli fuq il-kumplament tal-ġisem.
Dwar il-mediċini tal-kanċer Dr Abela semma li diġà nbeda l-proċess biex il-Gvern jieħu responsabbiltà tal-mediċina kollha li sa ftit ilu kienu jiġu offruti mill-Community Chest Fund. Dan il-proċess se jkun konkluż fil-qrib, fejn diġà tneħħa l-means testing.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kura primarja, Gvern Laburista fl-aħħar snin investa miljuni ta’ ewro fiċ-ċentri tas-saħħa u kompla jiftaħ aktar bereġ.
Il-Prim Ministru qal li ċ-ċentri tas-saħħa ta’ Ħal Qormi, il-Gżira u r-Rabat Għawdex se jibdew jibqgħu miftuħa 24 kuljum.
Dan filwaqt li se jkun qed jibda l-proġett tal-multi-modality clinic ġewwa l-Qawra. Din il-faċilità se tnaqqas il-pressjoni minn fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta u toffri servizzi ta’ radjoloġija, fiżjoterapija u occupational therapy flimkien ma’ servizzi oħra relatati mas-saħħa mentali u s-saħħa sesswali.
Dr Abela ħabbar ukoll li s-servizz ta’ saħħa pubblika se jibda jagħti continuous blood glucose monitors lill-pazjenti bid-dijabete type-2. Kif ukoll li se jestendi l-għoti ta’ insulin pumps lil iktar pazjenti.
Qal li Partit Laburista fil-Gvern ikompli jsaħħaħ il-liġi tal-IVF biex iktar persuni jkollhom l-opportunità li jagħmlu dan il-proċess f’pajjiżna. Pass ieħor hu li jżid n-numru ta’ ċikli offruti b’xejn minn tlieta għal ħamsa. Dan flimkien ma’ fertility testing b’xejn lill-irġiel u n-nisa li għandhom bejn it-18 u l-25 sena. B’hekk jingħataw pariri mediċi dwar bidliet fl-istil tal-ħajja li jtejbu ċ-ċans li jsiru ġenituri. Qal ukoll li se jkun offrut ukoll genetic testing b’xejn lil dawk il-koppji li jkunu jixtiequ jkunu jafu l-kompatibbiltà ġenetika tagħhom qabel ikollhom it-tfal.
Fuq il-mard rari qal li se tkun qed tiġi estiża l-lista ta’ orphan drugs għal mard rari disponibbli fuq il-formularju tal-Gvern.
Dr Abela semma kif il-helpline 1400 kien pass importanti, tant li kemm ilha topera l-helpline rrikorrew għas-servizz 30,000 persuna u b’hekk ġew evitati 15,000 admission fl-emerġenza ta’ Mater Dei hekk kif ingħataw is-servizz fil-kura primarja jew fil-privat skont il-ħtieġa. Qal li dan is-servizz se jkompli jissaħħaħ.
Il-Prim Ministru saħaq li Gvern Laburista se jkompli jinvesti fil-bini tal-isptar Mater Dei. Qal li diġà tlesta x-xogħol preparatorju kollu biex nirdoppjaw id-dipartiment tal-emerġenza filwaqt li t-tender tax-xogħlijiet ġie aġġudikat. Huwa żied jgħid li se tiġi estiża wkoll it-taqsima tal-kura intensiva, u jiżdiedu 150 sodda f’Mater Dei.
Huwa ħabbar ukoll Mother and Child Unit ġewwa l-isptar Mater Dei, taqsima li mistennija tiġbor fiha swali tal-operazzjonijiet iddedikati għall-kura pedjatrika, NPICU akbar, delivery suite u klinika ta’ qabel it-twelid.
Is-saħħa mentali se tibqa’ tingħata prijorità. Dr Abela qal li se tissaħħaħ il-Crisis Resolution Home Treatment – servizz li jassisti persuni b’saħħa mentali f’darhom stess – billi jkun available 24 siegħa kuljum u billi jiġu ngaġġati iktar professjonisti.
Għall-kura tal-anzjani, il-Prim Ministru qal li fir-residenza San Vinċenz de Paul se jkun hemm espansjoni tad-day hospital bil-ftuħ ta’ aktar kliniċi, il-bini ta’ laboratorju għat-testijiet tad-demm u l-ftuħ ta’ renal dialysis ward. Fl-istess waqt se jinfetaħ medical investigation and treatment unit biex flimkien mal-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo tibda tiġi offruta ċertu tip ta’ kimoterapija mir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Il-Prim Ministru qal li għall-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex Partit Laburista fil-Gvern għandu masterplan ċar u dettaljat – proġett li permezz tiegħu se tkompli tissaħħaħ il-kullana ta’ servizzi ta’ saħħa pubblika mgħotija u mmexxija mill-Gvern. Huwa żied jgħid li aktar dettalji se jkunu qed jingħataw fis-sigħat li ġejjin.
Qal li fl-Isptar San Luqa, erba’ swali se jkunu qed jiġu ttrasformati f’one-stop shop għas-servizz tal-outpatient, swali ta’ kontinġenza u faċilitajiet fejn isiru operazzjonijiet li ma jkunux jeħtieġu li l-pazjent idum l-isptar aktar minn ftit ġranet.
Parti oħra minn dan l-Isptar se tiġi rrinnovata biex tilqa’ fiha u jiġi mmodernizzat id-Dipartiment tal-Kura tas-Snien, waqt li l-binja li kienet tintuża biex tipprovdi servizzi ta’ outpatient fl-Isptar San Luqa se tinbidel f’Rehabilitation Unit moderna. Minnha se jkunu jistgħu jiġu offruti servizzi ġodda ta’ fiżjoterapija u occupational therapy permezz tar-robotika.
Il-Prim Ministru Abela temm jgħid li l-qasam tas-saħħa huwa wieħed mill-għaxar dimensjonijiet tal-wellbeing index li jridu jwasslu għall-mira ewlenija li ntejbu l-wellbeing tal-poplu b’25%.
Min-naħa tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Ian Borg qal li Gvern Laburista sena wara sena ta prova li hu dak li jwiegħed iwettqu. Qal li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista juri serjetà politika li timxi id f’id mal-pjan nazzjonali tal-Viżjoni Malta 2050 u bl-użu tal-Wellbeing Index biex mhux biss jitkejjel it-tkabbir ekonomiku iżda wkoll il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Dr Borg qal li min-naħa l-poplu għandu quddiemu proposti fiergħa li ma jgħaddux lanqas mill-aktar test sempliċi ta’ calculator, u min-naħa l-oħra għandu Partit Laburist fil-Gvern li jippjana miżuri diliġenti u serji, b’ambizzjoni li jagħmel lil Malta fost l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja.
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, qal li l-viżjoni ppreżentata mill-Prim Ministru hija strateġija meqjusa u fattibbli, li tkompli ssaħħaħ il-kisbiet miksuba tul dawn l-aħħar tlettax-il sena. Huwa saħaq li għall-Gvern Laburista, il-pazjent jibqa’ dejjem fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni u kull investiment.
Il-Ministru Abela qal li f’dawn l-aħħar sentejn saru passi importanti f’Għawdex, f’Mater Dei u f’servizzi oħra tas-saħħa, permezz ta’ investiment f’teknoloġija ġdida, aktar professjonisti, tnaqqis fil-ħinijiet ta’ stennija, servizzi ġodda u mediċini aktar aċċessibbli. Semma fost l-oħrajn il-ħelikopter dirett lejn Mater Dei, apparat avvanzat, wards ġodda, servizzi ta’ emerġenza u kura aktar qrib il-pazjent, filwaqt li saħaq li l-Gvern qed ikompli jsaħħaħ is-sistema tas-saħħa li ssalva l-ħajjiet u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Website Editor
Historian and Publisher



Leave a Reply