Advertisement

Energy Minister refuses to reply Parliamentary Questions: provides rethorical propaganda instead

Energy Minister Miriam Dalli continues to run her ministry like a literal ONE propaganda talk show. She refuses to provide information about the power cuts and instead opts for rhetorical, propagandistic answers that avoid supplying the information originally requested.

Parliamentary questions are one of the main means through which public information is obtained. The Labour government has turned this important democratic exercise into yet another theatre of propaganda. There does not seem to be a single moment when Labour ministers are capable of behaving like responsible adults—not even during a national crisis.

Below are the parliamentary questions submitted by Opposition and Nationalist Party MP Michael Piccinino, together with Miriam Dalli’s replies.

She is bound to stay as Energy Minister despite calls for resignation.

QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL — LISTA TAL-LOKALITAJIET

  1. L-ONOR. MICHAEL PICCININO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir:

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-lokalitajiet li mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari esperjenzaw qtugħ fil-provvista tad-dawl, u għal kull lokalità tgħid meta seħħ dan il-qtugħ u jekk dan kienx skedat?

23/07/2026

ONOR. MIRIAM DALLI:

Ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien jew minħabba ħsarat lokalizzati, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.

Seduta Numru 16

27/07/2026

GENERATORS — LISTA TAL-LOKALITAJIET

  1. L-ONOR. MICHAEL PICCININO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir:

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-lokalitajiet fejn intużaw generators temporanji, u għal kull lokalità tispeċifika t-toroq fejn intużaw, kif ukoll id-dati u t-tul ta’ ħin?

23/07/2026

ONOR. MIRIAM DALLI:

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta investiet f’numru ta’ generators li jintużaw primarjament waqt xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-grid, fejn ikun teknikament possibbli li jitqabbdu sabiex il-konsumaturi jibqgħu jingħataw il-provvista tal-elettriku matul it-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet.

Barra minn hekk, f’każ ta’ ħsarat fuq il-grid, il-generators jintużaw meta xi substations jiġu iżolati u ma jkunx possibbli li l-provvista tiġi restawrata immedjatament. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-konsumaturi affettwati jiġu provduti b’servizz temporanju permezz ta’ dawn il-generators sakemm jitlestew it-tiswijiet meħtieġa u terġa’ tiġi stabbilita l-provvista normali.

Seduta Numru 16

27/07/2026

ENEMALTA — SISTEMA TAD-DISTRIBUZZJONI U L-PROVVISTA TAL-ELETTRIKU — PROĠETTAZZJONIJIET

  1. L-ONOR. MICHAEL PICCININO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir:

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1159, tista’ l-Ministru tgħid fuq liema ċifri, stimi jew proġettazzjonijiet qed taħdem l-Enemalta sabiex tiddetermina l-kapaċità li għandu jkollha s-sistema tad-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku? Tista’ tgħid ukoll kif dawn iċ-ċifri qed jintużaw biex jiġi ppjanat l-investiment meħtieġ fit-tisħiħ tal-infrastruttura tal-elettriku?

23/07/2026

ONOR. MIRIAM DALLI:

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investimenti kollha relatati mat-tisħiħ tas-sistema għad-distribuzzjoni tal-elettriku jiġu ppjanati u aġġornati b’mod kontinwu mill-Enemalta fuq il-bażi ta’ analiżijiet tekniċi speċjalizzati li jqisu diversi fatturi, fosthom ix-xejriet storiċi tal-konsum tal-elettriku, it-tbassir tad-domanda futura, it-talbiet għal konnessjonijiet ġodda, l-iżviluppi approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-popolazzjoni u l-attività ekonomika fejn rilevanti, kif ukoll il-ħtiġijiet operattivi tan-network fiż-żoni konċernati.

Kull żvilupp jew talba għal konnessjoni ġdida tiġi evalwata biex jiġi stabbilit l-impatt tagħha fuq is-sistema tad-distribuzzjoni. Fuq il-bażi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet jiġu identifikati u implimentati l-investimenti meħtieġa fit-tisħiħ tal-infrastruttura elettrika, inklużi substations, feeders, cables u assi oħrajn tan-network.

L-ippjanar tal-infrastruttura jsir ukoll fid-dawl tal-ħtieġa li tinżamm sistema reżiljenti, sigura u affidabbli, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fil-ġenerazzjoni lokali, l-integrazzjoni ta’ aktar enerġija rinovabbli u l-investimenti strateġiċi li qegħdin isiru biex ikompli jissaħħaħ is-settur tal-enerġija.

Seduta Numru 16

27/07/2026


Comments

4 responses to “Energy Minister refuses to reply Parliamentary Questions: provides rethorical propaganda instead”

  1. M.Galea avatar

    Ara ghal min ivvota l poplu! Mara qarrieqa! Possibli dal poplu ta habba gozz ma jindunax?? Din Ministru ta l ambjent li bniet binja fl odz minghajr permess!! Pozi biss, sugu xejn! X ma ihallux z zghir jaghmel l irid meta huma qed jaghmlu aghar! Jekk ma ihallux liz zghir jaghmel l irid iz -zghir iqum jiggieled ghal hnizrijiet taghhom, imma jekk ihalluh liberu huma jithallew liberi. Dik hi l politika ta dal gvern mafia! Qeghdin hemm biss ghalihom u mhux ghal Malta!! Malta l ewwel u qabel kollox jghidulna l kriminali!!

  2. “Int Gahan. Il-vot tieghek, it-thanżir taghna”.

    1. M.Galea avatar

      Hahha Gorg…tajba!

  3. […] We have consistently pointed this out, and people are only gradually beginning to recognise it as they experience the direct consequences of her governance: even after serving two consecutive legislatures as Energy Minister, Miriam Dalli has failed to learn to behave or think any differently from a ONE propagandist. […]

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *