Advertisement

Dar Camilleri: Stqarrija rigward il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Dar Camilleri tixtieq tirrimarka li g?al kuntrarju ta’ kif ?ie im?abbar illum, Dar Camilleri mhijiex parte?ipi fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u m’g?andha l-ebda sehem jew parte?ipazzjoni f’dan l-avveniment.
Dar Camilleri tixtieq ukoll tirrimarka li f’dan il-Festival, g?at-tielet darba konsekuttiva, il-kompetituri diretti tag?na fil-qasam tal-esportazzjoni ?ew preferuti billi ing?ataw pjattaforma filwaqt li a?na qatt ma ing?atajna dawn l-istess privile??i. Apparti minn hekk, professjonisti barranin li m’g?andhomx x’jaqsmu mal-industrija tag?na huma wkoll mistiedna u m?allsa biex jipparte?ipaw f’dan il-Festival u jag?mlu attivita ekonomika ta’ esportazzjoni liema attivita a?na nispe?jalizzaw fiha u sa?anistra g?andna l-g?ola esperjenza u g?arfien f’dan il-qasam fl-industrija lokali. Minkejja dan kollhu, a?na qatt ma ?ejna mistiedna u minflok dejjem ?ew mistiedna il-kompetituri diretti tag?na.
Dar Camilleri b?alissa hija involuta f’ka? il-qorti kontra l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u ser tkun qed tifta? ka?ijiet o?ra aktar ‘il quddiem.
Huwa ta’ dispja?ir kbir li l-gvern qed ju?a’ entita pubblika b’mod vendikattiv kontrina g?al ra?unijiet politi?i. Dar Camilleri in?arsu ‘il quddiem g?al meta l-Kunsill tal-Ktieb jer?a jkun entita dinamika li tilqa’ u tappo??ja l-industrija tal-kotba f’Malta ming?ajr pretensjonijiet u u pre?udizzji politi?i, minn professjonisti li huma kwalifikati u li lesti jg?inu lill-industrija, minflok jinvolvu ruwie?hom f’piki u vendikazzjonijiet kontra l-istess nies li suppost qed jg?inu.
G?aldaqstant, Dar Camilleri ter?a tfakkar lill-qarrejja tag?ha li mhux ser tie?u sehem fil-Festival tal-Ktieb u l-attivita tag?ha ser isir minflok fl-20 Ottubru fl-Isla.
Grazzi ?afna u tislijiet
Mark Camilleri
Dar Camilleri

Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *