Għeżiez qarrejja
Ta’ kuljum dan is-sit iservikom b’aħbarijiet u investigazzjonijiet li qed iħallu impatt pożittiv fil-pajjiż. Mhux dejjem nolqtu l-likk, imma grazzi anke tal-kontribut, il-kritika u l-appoġġ tagħkom, aħna qed niżvilluppaw ix-xogħol tagħna biex intejbu dak li inwasslulkom.
Il-ġurnaliżmu fis-suq lokali tagħna huwa ambjent ostili u materjalment ristrett. Huwa miraklu li aħna neżiżtu u qed nagħmlu dan ix-xogħol. L-interess tagħna huwa li nibqgħu neżiżtu u nkomplu nikbru. Intom il-qarrejja tagħna, l-unika sostenituri li għandna u niddependu minnkom.
Dar Camilleri qed inħabbru kampanja ta’ ġbir ta’ fondi. Imma mhux ser nitolbu l-flus u nħallukom b’xejn, l’anqas. Għandna bżonn il-fondi għal dokumentarju pilota bit-titlu Malta Ħanina, Ħobża u Sardina. Dan id-dokumentarju, fejn ħa nkun qed nqatta’ aktar minn tlett siegħat nitkellem fuq l-istorja ta’ Malta, qed nippjanaw li noħorġuh il-ġimgħa d-dieħla. Jekk immorru tajjeb fil-ġbir ta’ fondi, għas-sena d-dieħla, ħa nibdew nagħmlu aktar dokumentarji bħal dan.
F’Malta hawn nuqqas ta’ dokumentarji, u aħna qed nirraġunaw, għax ma naqbdux nipproduċuhom aħna?
Jekk tixtiequ taraw id-dokumentarju li ħa noħorġu, qed nitolbu minimu ta’ €5. Ibgħatilna l-flus mal-email tiegħek, u l-ġimgħa d-dieħla nibagħtulek id-dokumentarju u tkun tista’ tarah meta tried u kumdita tiegħek. Jekk itrid tagħmel donazzjoni ikbar, merħba bik ukoll u grazzi tal-appoġġ.
Paypal: markcamilleri@autistici.org
Revolut: 77007909
Website Editor
Historian and Publisher



Leave a Reply