Despite a major infrastructure and traffic congestion crisis, the Labour Party is now pledging to issue subsidies for direct car purchases. The pledge has been announced yesterday in a Labour Party press release. The Prime Minister also announced the pledge yesterday at a party rally in Żebbuġ.
Parents with three or more children will be granted a direct subsidy of €5,000 to buy a large vehicle and a €12,000 grant if the vehicle is electric. Earlier this year, the Prime Minister personally promoted a Chinese electronic car brand in Malta.
The rate of new cars on Maltese roads is increasing substantially across time.
Stqarrija
Il-Ħamis, 14 ta’ Mejju, 2026
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-Partit Laburista b’aktar tħabbiriet ta’ proposti li jagħmlu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin eħfef, isbaħ u aħjar
Waqt attività politika f’Ħaż-Żebbuġ, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela sostna kif għada jitnieda l-Manifest Int Malta, l-ewwel manifest fl-istorja ta’ pajjiżna li fih ħamsa u għoxrin mira ekonomika, soċjali, ambjentali u kulturali, u li s-suċċess tiegħu se jitkejjel b’kemm il-miżuri sejrin itejjbu l-benesseri tal-Maltin u l-Għawdxin.
Dr Abela ħabbar aktar proposti li jkomplu jagħmlu l-ħajja tal-Maltin u Għawdxin eħfef, isbaħ u aħjar. Huwa ħabbar li ġenituri li għandhom tlett itfal jew aktar, li jiffaċċjaw spejjeż differenti minn familji oħra, Gvern Laburista ġdid se jagħtihom għotja ta’ €5,000 biex jixtru vettura akbar u €12,000 f’każ li l-vettura tkun waħda elettrika.
Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li persuni li għalqu 61 sena u jibqgħu jaħdmu flok jirtiraw, apparti li se jingħataw is-superbonus ta’ €1000 u jistgħu jgħaddu l-bolol żejda lil konjugi tagħhom, Gvern Laburista ġdid se jintroduċi benefiċċju addizzjonali ta’ €500 fis-sena għall-erba’ snin li jfisser sostenn ta’ €2,000 sa meta jirtiraw ta’ 65 sena.
Fir-rigward ta’ dawk li qed jippjannaw li jibnu bini sostenibbli li ma jużax wisq enerġija, Dr Abela ħabbar li Gvern Laburista se jagħtihom lura l-ispejjeż kollha tat-tariffi tal-ippjanar.
Dr Abela qal li għal kuntarju ta’ pajjiżi oħra madwarna fejn l-awsterità, il-piżijiet u x-xokkijiet qed ikissru l-ħajja tan-nies, il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jkompli għaddej b’ħajtu għax huwa protett mit-tarka tal-politika progressiva ta’ Gvern Laburista. Sostna li huwa Gvern ġdid Laburista li jista’ jagħti lill-poplu din il-garanzija, hekk kif ħaddieħor lanqas il-bażiku fl-ekonomija ma jaf.
Il-Prim Ministru qal kif fl-2020 sabu pajjiż b’saħħtu, iżda kellu jiffaċċja sfida wara l-oħra. Semma kif pajjiżi oħra ferm akbar minnha għotru, iżda pajjiżna baqa’ għaddej għax fit-tmexxija hemm it-tim ta’ Malta Aqwa, grupp ta’ nies li jħobbu lil Għawdex u Malta b’saħħithom kollha.
Dr Abela sostna li għax pajjiżna għandu ekonomija tant soda, jifilħu li jpoġġu quddiem il-poplu programm ambizzjuż ta’ Gvern ġdid. Programm li għalkemm ambizzjuż huwa responsabbli, kredibbli u fattibbli u li se jkun dejjem hemm mal-poplu f’kull pass ta’ ħajjithom.
“Fi ftit snin bnejna Malta Aqwa. Issa wasal iż-żmien li nieħdu l-ekonomija tagħna fil-livell li jmiss. Ekonomija li tiġġenera l-wellbeing għalikom kollha, lejn il-prosperità ġdida li ħaqqna. Il-magna ta’ Malta Aqwa aħna nafu nsuquha. Bina fit-tmun se naslu għal prosperità ġdida,” saħaq il-Prim Ministru Robert Abela.
Waqt l-attività politika tkellmu wkoll id-Deputat Parlamentari u kandidata fuq is-6 u t-8 distrett, Ramona Attard u d-Deputat Parlamentari u kandidat fuq t-3 u r-4 distrett, Chris Fearne.
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista
Website Editor
Historian and Publisher



Leave a Reply