Advertisement

Minister Glenn Bedingfield takes on Tripoli after Benghazi Delegation

After a high-level Maltese delegation landed in Benghazi at the start of this week, Home Affairs Minister Glenn Bedingfield went to Tripoli and met with the Interior and Security Minister Emad Al-Trabelsi (Government of National Unity). The discussions focused on immigration and I’m also sure the Home Affairs Minister will be raising the issue of Lilu l-King who is expected to be extradited back to Libya.

Another issue which will surely be raised by the home Affairs Minister is Jomic Calleja Maatouk who killed his wife, Marzia Calleja Maatouk, while they both fled to Libya. Jomic was in custody of the Libyan but it is unclear whether he is still in custody.

The official Ministry’s announcements stated that discussion revolved around migration and also Maltese training courses offered to Libyan personnel for sea and rescue missions which will cost the government up to €500,000.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ

 

Il-Ministru Glenn Bedingfield jiltaqa’ mal-Ministru Libjan għall-Intern biex isaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

 

Fl-ewwel ġurnata taż-żjara tiegħu fil-Libja, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield kellu laqgħa mal-Ministru Libjan għall-Intern, Emad Al-Trabelsi, li matulha ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni, b’enfasi partikolari fuq l-immigrazzjoni irregolari u s-sigurtà.

 

Il-Ministru Bedingfield qal li l-Libja għandha rwol strateġiku importanti għal Malta u għall-Ewropa kollha, billi hija pajjiż ewlieni fir-rotta tal-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran. Għalhekk, il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi marbuta mal-immigrazzjoni irregolari u jissaħħu l-isforzi kontra n-networks tat-traffikar tal-bnedmin.

 

Il-Ministru Bedingfield irringrazzja lill-Ministru Al-Trabelsi għall-koperazzjoni li qed tingħata lil Malta, filwaqt li enfasizza l-importanza li din il-kollaborazzjoni tkompli tissaħħaħ permezz ta’ djalogu kontinwu u ħidma konkreta bejn iż-żewġ pajjiżi.

 

F’dan il-kuntest, il-koperazzjoni bejn Malta u l-Libja tinkludi wkoll oqsma oħra ta’ sigurtà u taħriġ. Iż-żewġ pajjiżi għandhom interess komuni li jsaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet kompetenti, fosthom fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, is-sorveljanza marittima u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar.

 

Matul iż-żjara, il-Ministru Bedingfield se jkollu wkoll laqgħa mal-Prim Ministru Libjan, bil-għan li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà u tal-immigrazzjoni irregolari.

 

Bħala parti mill-ħidma maħsuba biex tkompli tissaħħaħ din il-kollaborazzjoni, qed jiġu ppjanati korsijiet ta’ taħriġ għall-awtoritajiet Libjani f’oqsma bħall-infurzar tal-liġi, l-immaniġġjar ta’ dgħajjes żgħar, il-manutenzjoni tad-dgħajjes u tal-magni, l-operazzjonijiet marittimi u l-koordinazzjoni tas-salvataġġ fuq il-baħar. Il-programm propost għandu baġit indikattiv ta’ €500,000.

 

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà se jkompli jaħdem biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra u jippromwovi koperazzjoni li twassal għal riżultati konkreti fil-qasam tas-sigurtà u fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari.

 

 

 

 


Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *