Advertisement

Not so upbeat this time round

Earlier today the press received  this notice from Department of Information. It’s a press release indistinguishable from a Labour Party statement because long gone are the days when the DOI actually served exclusively for information.

Note that the upbeat atmosphere experienced Labour projected during the general election campaign is totally gone. Instead of promising cheques for everyone, the government has been fixating on the importance of electricity and fuel subsidies.

The Prime Minister has already announced the main giveaways of the budget. The Finance Minister’s bravado during the general election has now evolved into cautious diffidence with a gloomier mood.

Running the country’s finances shouldn’t be a political show for the elections but here we are.

Read more here.

 

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

 

Malta miegħek: Pajjiż stabbli li se jibqa’ jipproteġi lill-familji fl-isfond ta’ kriżijiet internazzjonali

 

  • Il-Kabinett tal-Ministri u l-Grupp Parlamentari tal-Gvern jiddiskutu l-Budget li se jitressaq nhar it-Tnejn li ġej

 

“Jekk tara l-ammont li se nkunu qed ninvestu fin-nies fil-Budget ta’ nhar it-Tnejn, allura nistgħu ngħidu li se nkunu qed inressqu quddiem il-poplu budget aktar b’saħħtu minn ta’ qabel.”

 

Dan qalu l-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed imexxi laqgħa tal-Kabinett kif ukoll tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern fil-Berġa ta’ Kastilja.  Il-Prim Ministru Robert Abela fakkar li l-Budget ta’ nhar it-Tnejn se jitressaq f’kuntest ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi, bi sfidi qawwija li l-Ewropa u d-dinja ftit li xejn rat bħalhom.

 

“Li nippreżentaw Budget f’kuntest ta’ kriżijiet internazzjonali huwa normali. Biżżejjed ngħid li kull wieħed mis-seba’ budgets li ressaq il-Gvern kemm ili Prim Ministru, kollha saru f’ambitu ta’ sfidi,” qal Dr Abela.

 

Huwa kompla billi saħaq li hija l-ekonomija b’saħħitha f’Malta li tippermetti lill-Gvern jinvesti fin-nies. Fakkar li t-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna huwa ta’ madwar 4% u ddeskriva dan it-tkabbir bħala wieħed sostenibbli.

 

Dr Abela nnota kif, filwaqt li madwarna jiddominaw it-taqlib soċjali u l-problemi ekonomiċi, f’Malta tiddomina l-istabilità fost oħrajn grazzi għad-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti garanzija ta’ sussidju fuq il-prezz tal-enerġija, b’investiment ta’ €400 miljun dis-sena u €400 miljun oħra s-sena d-dieħla.

 

Huwa wiegħed li l-Gvern se jibqa’ jkun ta’ sostenn għall-familji u n-negozji biex ikompli joffri stabbiltà daqstant kruċjali.

 

Il-Prim Ministru qal ukoll li dak ta’ nhar it-Tnejn se jkun budget differenti fl-istil, imma wkoll fil-kontenut.

 

“Dak li se nħabbru se jeħodna għall-2035 li hija waħda miż-żewġ miri bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050. Se nagħmlu analiżi ċara ta’ fejn ninsabu llum u fejn irridu mmorru bħala pajjiż. Se jkun budget differenti fl-istil wkoll, għax se jkun iqsar u jiffoka aktar fuq il-prinċipji ġenerali tad-direzzjoni li se jieħu l-Gvern fis-snin li ġejjin,” kompla jgħid Dr Abela.

 

Huwa qal li fil-ġranet ta’ wara l-budget imbagħad ikunu l-Ministri li jidħlu f’aktar dettall, settur b’settur. 

 

“Se nżommu lill-poplu protett. Bi kburija ngħid li aħna qed noffru l-istabilità li mhux joffri ħaddieħor. U l-istabilità li qed tiddomina f’Malta tibqa’ wkoll grazzi għall-bżulija tal-poplu u l-ħidma tan-negozji,” temm jgħid il-Prim Ministru.

 


Comments

One response to “Not so upbeat this time round”

  1. Abzminkulhadd avatar
    Abzminkulhadd

    Il Prim xi sena ilu tghidx kemm fahhar it tcns ghax qet iduru bil genituri tijaw l isptar ! Issa jekk din tat transport veru , il gvern tal PL ha jkun qet jamel l ikbar diskriminazzjoni . Daw nies li xebaw jimshulna hara u jseftru fil lukandi u fid djar Prim . Biex tara kemm hu bla ruh prim l bully

    https://timesofmalta.com/article/it-indian-nurses-take-care-them-abela-parents-home-help.1116574

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *