Advertisement

The Labour Party’s new Economic School: Fantasy Economics

While Malta desperately needs systematic macro-economic solutions to multiple crises, including the infrastructure crisis and the declining birth-rate, the Labour Party, true to the form of a criminal organisation, is turning to a new type of economic school of thought: Fantasy Economics.

The Labour Party has published what it is describing as its “Wellbeing Index” and this formula will be used to measure the Labour Party’s own “economic successes”. I am baffled at how perfectly well the Labour Party is mimicking a Banana Republic-styled dictatorship where intellectuals and economists measure their party’s performance in the economy with their own self-made systems. Soviet Union bureaucrats would have been proud.

The formula includes “ten pillars” and the Wellbeing Index will be equally measured by all of these factors (equally) combined, and these are; environmental sustainability, the local environment, health, personal well-being, housing, social protection, civic participation and rights, income and wealth, education and skills, and job quality. Note, that not any details were published about this index either (not that we are taking this seriously).

All of this very reductive and fantasy-like as it omits the elephant in the room: that is the housing crisis. You can’t have well-being, families and increasing birth-rates at all, if the youth can’t afford to purchase a decent property to live in, and the Labour Party wants to keep ignoring this fact as if this problem will someday go away on its own.

The full Labour Party press release is being published below.

Stqarrija

Is-Sibt, 2 ta’ Mejju, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

 

Manifest li se jtejjeb il-wellbeing tan-nies b’25%

 

Imħabbra miżuri ġodda:

  • L-iskema Youth Fitness Support tiġi estiża għal attivitajiet fiżiċi oħra
  • Jitnieda proġett pilota li jagħti l-opportunità lil kulħadd jagħmel mental health check-up b’xejn
  • Jitwessgħu l-proċeduri tal-IVF sabiex it-test li diġà ddaħħal ikun jista’ jintuża għal kundizzjonijiet ġenetiċi oħra, fosthom mard rari li għalih għad m’hemmx kura
  • Jiġi estiż il-passaport ta’ Heritage Malta għal kulħadd, inkluż għall-Maltin u l-Għawdxin
    • Ħaddiema full-time jingħataw bejn 2 u 10 ijiem study leave fis-sena.

 

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, qal li l-Partit Laburista huwa l-ewwel partit politiku Malti li se jkun qiegħed jevalwa l-impatt tal-miżuri tiegħu mhux biss f’termini ekonomiċi u ta’ flus, iżda wkoll ta’ kemm il-ħajja tal-individwu qiegħda tassew tinbidel għall-aħjar.

 

Il-wellbeing index huwa wieħed minn ħamsa u għoxrin mira li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista huwa mibni fuqhom, b’kull dimensjoni tal-indiċi marbuta direttament ma’ miżuri konkreti mill-manifest. “B’kollox nikkalkulaw li l-implimentazzjoni tal-manifest se twassal għal titjib ta’ aktar minn 25% fil-wellbeing tal-Għawdxin u tal-Maltin. Dan mhux sempliċiment numru. Dan ifisser ħajja aħjar għall-poplu tagħna,” tenna l-Prim Ministru Abela.

 

Hemm għaxar aspetti tal-ħajja li dan l-indiċi huwa mdawwar magħhom:
1. is-sostenibbiltà ambjentali,
2. il-kwalità tal-ambjent lokali,
3. is-saħħa,
4. il-benesseri personali,
5. l-akkomodazzjoni,
6. il-protezzjoni soċjali,
7. il-parteċipazzjoni ċivika u d-drittijiet,
8. id-dħul u l-ġid,
9. l-edukazzjoni u l-ħiliet, u
10. l-kwalità tax-xogħol.

 

Dr Abela qal li għal kull dimensjoni hemm żewġ indikaturi. B’kull indikatur mibni fuq tagħrif uffiċjali minn sorsi rikonoxxuti, bħall-Eurostat u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, flimkien ma’ indikaturi li joħorġu mill-proġett Wellbeing Index immexxi mill-Malta Foundation for the Wellbeing of Society, f’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta.

 

Il-Prim Ministru fakkar li filwaqt li ħaddieħor ħa lill-poplu medded ta’ art biex jingħataw għall-iżvilupp, Gvern Laburista kiseb lura għall-familji Manoel Island u l-White Rocks. Artijiet li jiswew mijiet ta’ miljuni ta’ ewro li minflok ikunu żviluppati se jkunu parti mill-infrastruttura ħadra li qed noħolqu biex tagħmel ħajjet l-Għawdxin u l-Maltin eħfef, isbaħ u aħjar.

 

Huwa semma kif flimkien mal-ħidma li diġà tinsab għaddejja fuq diversi proġetti ambjentali dawn il-proġetti se jkomplu u jiżdiedu, inkluż proġetti ta’ spazji miftuħa fuq artijiet pubbliċi li l-pjan lokali tal-2006 kien iddedikahom għall-iżvilupp.

 

Il-Prim Ministru ħabbar miżura oħra mill-pjan Kick Start għaż-żgħażagħ. Dan hekk kif wiegħed li l-iskema tal-Youth Fitness Support tkun estiża għall-attivitajiet fiżiċi oħra.

 

Dr Abela għamel ukoll referenza għas-saħħa mentali, fejn ħabbar li Partit Laburist fil-Gvern iniedi proġett pilota fejn persuni ta’ etajiet differenti jkollhom l-opportunità li jagħmlu mental health check-up b’xejn għand il-psikologu tal-għażla tagħhom.

 

Huwa qal li l-Partit Laburista huwa kburi li permezz tal-aċċess għas-servizz tal-IVF tant familji ingħataw iċ-ċans li jkollhom ulied. Dr Abela qal dan hekk kif ħabbar li grazzi għall-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija Gvern Laburista jerġa’ jwessa’ l-proċeduri tal-IVF biex it-test li diġà ddaħħal jiġi użat għal kundizzjonijiet ġenetiċi oħra, fosthom mard rari li m’hawnx kura għalih u li jista’ jwassal għal tbatija severa u mewt.

 

Il-Prim Ministru qal ukoll li Gvern Laburista jkun qed jestendi l-passaport ta’ Heritage Malta għal kulħadd, b’hekk l-Għawdxin u l-Maltin ma jkollhomx aktar bżonn li jħallsu biex iżuru siti li huma s-sisien ta’ ġensna u l-kultura tagħna.
Tkellem ukoll fuq il-bżonn li wieħed ikompli jitħarreġ u jeduka ruħu anke wara li tibda taħdem. Wiegħed li jekk jerga’ jingħata l-fiduċja, jibda proċess biex ħaddiema full-time jingħataw jumejn fis-sena study leave mħallas li jibqa’ tiela’ sa għaxart ijiem skont il-livell ta’ studju li qed isegwu. Dan il-leave jagħti kumpens tiegħu l-Gvern lil min iħaddem.

 

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri stqarr li l-wellbeing index huwa turija ċara tal-bidla fil-mod ta’ kif pajjiżna jħares lejn is-suċċess tiegħu, ta’ kif nippjannaw, inkejlu u kif inwettqu l-politika tagħna, bidla li fuq kollox tpoġġi lin-nies fiċ-ċentru tal-ħidma politika tal-Partit Laburista. Il-Ministru Schembri sostna li l-Viżjoni Malta 2050 tagħtina d-direzzjoni, li l-wellbeing index jagħtina l-għodda u l-manifest elettorali jagħtina l-ewwel programm konkret ta’ 5 snin biex inwettqu u nilħqu dawk l-għanijiet. Temm jgħid li b’ekonomija b’saħħitha nistgħu nwettqu dan u aktar.

 

Dr Jonathan Spiteri, ekonomista u akkademiku li ħadem flimkien mat-tmexxija tal-Partit Laburista biex jitfasslu l-miżuri proposti fil-manifest elettorali, ta spjegazzjoni dettaljata dwar kif se jaħdem u jitkejjel dan l-ewwel indiċi tal-benesseri u t-titjib fil-kwalita’ tal-hajja b’mod konkret, rigoruz u trasparenti. Dan l-indici qed jintuza wkoll biex jitkejjel l-impatt tal-proposti li hemm fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, fejn qed jigi stmat li dawn il-proposti se jwasslu ghal titjib fil-kwalita tal-hajja ta’ madwar 25%.

 

 

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni

Partit Laburista


Comments

3 responses to “The Labour Party’s new Economic School: Fantasy Economics”

  1. Malta Needs a Huge Change! avatar
    Malta Needs a Huge Change!

    Mela kulhadd, jew kwazi kulhadd se jiggennen – bit-traffiku, kaos kullimkien u hela esagerata ta’ hin, nuqqas ta’ kura fl-ambjent vicin tieghu, kostruzzjoni bl-addocc, storbju esagerat minn stabbilimenti tal- ikel u divertiment… u mitt hag’ohra, u se jibghatna ghal checkup mentali b’xejn.
    x’soluzzjoni dik!

    Imma min ghandu job mal- gvern ma jaghmel xejn, min jimpala l-eluf mill-konsulenzi u mill-gravy train li m’ghandhiex qiegh, min jaghlef lill-ministri ha johorgu l-permessi….. dawk kemm jaqtghu biljett u malajr jistriehu minn dal- genn!

  2. Bastjan avatar
    Bastjan

    U le m’ghandekx ragun hawn. Il-proprjeta Malta tinbiegh b’prezzijiet ragunevoli. B’xejn tista’ tghid.Jidhirli xi whud sahansitra sabu proprjeta fil-happy meal.

    https://bastamhuxlejber.com/?id=12

    Ma nafx x’inhu dal-qrid kollu jien. Kemm tiehu loan ckejkna u thallasha fi zmien tlett generazzjonijiet. U jkollok 1 bedroom apartment, b’sofa bed fis-salott/kcina. Mhux tajjeb jew?

  3. […] Political parties Momentum and ADPD are both pressing for increased enforcement and regulations to curb noise pollution. Nationalist Party MP Rebekah Borg is also protesting against noise pollution in the Rabat area. The Labour Party is the only party ignoring this issue despite prompting its absurd well-being index. […]

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *