Illum harget l-istorja li qed tixxukja lin-nies dwar “survey” taparsi li sar qabel il-guri.
Sal-llum hassejtni merbut b’dak li gara wara l-bibien maghluqin tal-awla ghax ridt nobbdi l-ordni tal-Imhallef.
Illum m’ghadniex hekk marbut ghax ghadda kollox (ghalissa), u ha nghid l-affarijiet li graw galadarba kont involut jien biex inkixfu.
Fl-4 ta’ Gunju 2026 ghal habta tat-3pm (kien il-Hamis) jien ircevejt telefonata. Dan ir-ragel identifika ruhu u staqsieni jekk hux isir survey dwar il-guri ta’ Yorgen Fenech (issa tinsewx li kien hemm ordni tal-Imhallef li d-data tal-1 ta’ Lulju ma tkunx maghrufa qabel ma jibda l-guri).
Staqsejtu x’survey hu. Ghall-ewwel ma hadtux bis-serjeta imma meta qalli x’kienu l-mistoqsijiet, ksaht. Niftakar fejn kont ezatt dakilhin.
Qalli li l-mistoqsijiet kienu hekk: lil min ivvutajt fl-ahhar elezzjoni, x’tahseb fuq il-Qorti, jekk taqbilx li min jisraq somma kbira u jirritornaha u jghidlek sorry, tistax terga’ tafdah, x’jahseb fuq Yorgen Fenech, jekk jaqbilx li Yorgen Fenech jinghata l-Mahfra Presidenzjali, x’jahseb fuq Melvin Theuma, jekk jemminx li hemm politici involuti fil-kaz, jekk dak li jaf fuq il-kaz jafux mill-media miktuba jew social media, x’jahseb fuq Daphne Caruana Galizia, jekk jaqbilx ma’ dak li kienet tikteb, u xi domandi ohra li bhalissa ma nistax niftakar imma li kienu dwar il-guri.
Staqsejtu minn fejn kienu cemplu u qalli kienu cemplulu minn Malta Surveys, u n-numru kien 20957705 u tani l-hin ezatt ghax kien zammu (kien xi 20 minuta qabel ma cempilli). Ghidltu li kont ha ninforma lill-Imhallef u weghedtu li hadd qatt m’hu ha jkun jaf x’jismu. Instema’ imbezza’ u qalli li s-suspett tieghu kien li din kienet gejja minn Yorgen Fenech, u talabni bil-hniena biex ismu ma jkunx maghruf u hliftlu li hadd m’hu ha jkun jaf.
Irringrazzjajtu. Fl-4-10pm jien ktibt email lid-Deputata Registratur tal-Imhallef u ghidtilha li l-ghada (il-Gimgha) meta allura kelna seduta skedata bil-bibien maghluqin biex il-partijiet jaqblu fuq il-logistika tal-guri, jien ridtha tkun taf li jien ridt nixhed bil-gurament u ninforma lill-Imhallef b’certu affarijiet ta’ urgenza. Wegbitni mill-ewwel u qaltli ok.
Il-Gimgha, 5 ta’ Gunju fil-bidu tas-seduta (konna fl-awla 14) l-Imhallef stiednitni nitla’ fuq il-pedana tax-xhieda. L-avukat difensur oggezzjona ghax ma kien sar ebda rikors fejn jien tlabt li nixhed, imma l-Imhallef qaltlu li la jien tlabt li nixhed fuq xi haga li hija ma kienetx taf x’inhi, hija kienet ha tismaghni. L-oggezzjonijiet komplew u jien xorta wahda bdejt miexi lejn il-pedana.
Inghatajt il-gurament. Ghidtilha dak kollu li ghadni kemm ktibt hawn fuq. Deheret ixxukjata u/jew mahsuda. Beda l-kontro ezami mill-avukat difensur.
Qalli biex nghid min kien cempilli, u irrifjutajt ghal iktar minn darbtejn. L-Imhallef staqsietni ghala, u ghidtilha li tajt il-kelma tieghi lil dan ir-ragel li kien imbezza’ minn Yorgen Fenech. U zammejt kelmti.
Imbaghad l-avukat difensur staqsieni hekk: “inti x’garanzija ghandek li dawn id-domandi ma sarux mill-parte civile?” Wegibtu hekk: “kieku m’ahniex hawn gew inwiegbek bil-Malti safi kif naf, imma la qeghdin hawn gew nghidlek b’rispett tal-Imhallef, “tell it to the Marines”.” (Ara trid tkun bla ruh u bla kuxjenza biex taghmilli dik l-implikazzjoni meta kont taf li kont int, imma sa dakilhin ovvjament jien ma kontx naf)
Inzilt mill-pedana tax-xhieda u l-Prosekutur u jien ghamilna talba ghall-investigazzjoni urgenti. Infurmajtha li jien kont ghamilt hafna ricerka bil-lejl u skoprejt li Malta Surveys hija kumpanija proprjeta ta’ Dr Silvio Debono (tar-Rabat, ex MCAST) u kont gibt id-dettalji tieghu (indirizzi, mobile, ufficju ecc) u tajthom lid-Deputat Registratur dakilhin stess. L-Imhallef qaltli: “gejt ippreparat, Dr Azzopardi”. Ghidtilha: “biex nipprova inkunlek t’ghajnuna hux, Sinjura”
L-Imhallef ordnat lic-Chief biex igib dakilhin stess lil Dr Debono u lil AC Arnaud.
Waqafna ghal xi saghtejn u ingib Dr Debono, abjad karti. Dan ghadu ma jafx x’laqtu. Kien hassar appuntament mediku miskin. Taghtu l-gurament u staqsietu jekk kellux kumpanija ta’ surveys, x’jisimha ecc ecc.
Ikkonferma li kellu kumpanija jisimha Malta Surveys izda s-surveys jaghmluhom biss online u qatt ma kellhom x’jaqsmu ma’ dan il-kaz. Accertaha u deher vera dispjacut li xi hadd inqeda bl-isem tal-kumpanija tieghu u qalilha li kien ser ighid lill-Avukat tieghu biex jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jiehu passi kontra min kien (sa dakilhin ma konniex nafu allura min kien)
Ghalhekk ingib quddiemha l-AC Arnaud u ordnatlu jiftah investigazzjoni immedjata u ordnat li jinghatalu l-audio file tax-xiehda li kont ghadni kemm tajt. Qalilha li filghodu kien gie infurmat mill-Prosekutur (li jien kont infurmajt filghodu b’dak li kont ser nixhed) u kienu diga bdew jinvestigaw u involvew anke forensic engineers etc etc. L-avukat difensur staqsih: x’qed jirrizultalkom mill-investigazzjoni? U Arnaud wiegeb ghal xi 6 darbiet: “Sinjura Imhallef, miniex komdu naghti dettalji tal-investigazzjoni quddiem il-persuna suspettata”.
Fi tmiem dik is-seduta l-avukat difensur qal lill-Imhallef li ma kien hemm xejn hazin fuq tali survey ghax ma kienx illegali.
L-Imhallef qaltlu ghal iktar minn darba: “Dr Mercieca, don’t go there, don’t go there”. Meta l-Imhallef bdiet tgholli lehinha, Dr Mercieca qalilha: “m’ghandekx ghalfejn tgholli lehnek mieghi, ma jfissirx li ghandek ragun b’daqshekk.” (Din il-frazi qalilha wkoll waqt il-guri. Mur gib lili jew lil shabi inkelmu Imhallef b’dak il-mod u ma jnizzluniex isfel dakilhin. Imma ghax kont ghidt fil-guri “il-vittma ma tistax titkellem” wehilt €50 disprezz. Such is life in Court, hux)
L-Imhallef tatna appuntament ghat-Tlieta ta’ wara fejn Arnaud kellu jaghtiha update. Jien filghaxija jew l-ghada ktibt FB post nistieden lil kulmin kien ircieva telefonati dwar survey fuq il-Qorti biex ikellimni, u gejt ikkuntatjat minn madwar 50 ruh kollha bl-istess mistoqsijiet u tlabt lil kull wiehed hin u numri minn fejn cemplu. Kull wahda minn dawn jien infurmajt bihom (hin ezatt u numri minn fejn cemplu, izda mhux l-isem) lid-Deputat tal-Imhallef, lil AC Arnaud u lill-AG.
Mela tasal is-seduta tat-Tlieta. Jixhed AC Arnaud. U nsiru nafu li t-telefonati kienu saru mill-kumpanija ta’ Dr Vincent Marmara!!
Ordnat li jingieb quddiemha u dan meta tela’ jixhed ikkonferma li kienet il-kumpanija tieghu li ghamlet tali survey u li giet ikkumissjonata minn Ray Fenech f’Marzu 2026 (u darbtejn qabel) imma li minhabba l-elezzjoni kellu jaghmilhom f’Mejju u Gunju.
L-Imhallef staqsietu: min tak il-mistoqsijiet? Marmara dar u ipponta lejn iz-zewg avukati difensuri u semmihom b’isimhom.
Tistghu timmaginaw ix-xokk fuq kulhadd. Dr Mercieca kien azzarda jimplika lill-familja tal-vittima f’survey taparsi META KIEN JAF LI KIEN HU u l-klijent tieghu.
Eh bihaqq, insejt haga. Kumbinazzjoni l-maggoranza tal-ismijiet ta’ dawk li ircevew telefonata minn Marmara kienu fuq il-lista tal-gurati ghas-sena 2026 (li tkun ippubblikata f’Novembru 2025 fil-Government Gazzetta).
Il-Qorti ma hadet ebda provvediment kontra hadd, minkejja li qabdet ufficjali taghha jigdbulha f’wiccha. Izda ordnat li t-telefonati jieqfu. Tliet gimghat qabel ma beda l-guri.
Kieku Jason Azzopardi ma kellux il-guts li jixhed u jinforma lill-Imhallef fil-5 ta’ Gunju, min kien ser ighidilha?
Leave a Reply