Advertisement

SMEs and self-employed to have their tax cut from 35% to 25% for turnover under €1 million

Finance Minister Clyde Caruana pledged new tax cuts earlier today as part of the ongoing election campaign which has turned into a supermarket-styled election campaign that also risks compromising public finances according to the Chamber of Commerce.

The Minister of Finances pledged to lower the tax for SMEs and the self-employed for those earning less than €1 million from 35% to 25%. The tax cuts will not be applied to foreign companies applying for the 5% discounted rate.

The Minister said that this measure will cost the government up to €32 million.

In addition, workers and the self-employed will be given a €1,000 per year called the super-bonus scheme which will cost the government up to €200 million.

The government is yet to explain how these new measures fit into its current estimates to lower the deficit and aim for a budgetary surplus in 2030.

Full speech by Finance Minister and Labour Party press release below.

Stqarrija
It-Tnejn, 4 ta’ Mejju, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

Se nibqgħu noħolqu l-ġid, ġid li jinfirex bejn kulħadd

  • Bonus ta’ €1,000 għall-ħaddiema kollha
  • Żieda fiċ-Children’s Allowance ta’ mill-anqas €250 kull wild fis-suppliment li jitħallas lill-familji bi dħul nett ta’ anqas minn €40,000
  • In-work benefit b’mill-anqas €150 kull wild lill-familji li jibbenefikaw, waqt li fil-każ ta’ koppji li ġenitur wieħed jaħdem, se jiżdidulhom ir-rati b’€100 oħra addizzjonali
  • Tnaqqis ta’ taxxa lin-negozji u kumpaniji b’turnover sa inqas minn miljun ewro fis-sena

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li, grazzi għall-politika progressiva ta’ Gvern Laburista, l-ekonomija ta’ pajjiżna kompliet tikber u l-poplu kompla jimxi ‘l quddiem.

Dr Abela kompla jgħid li għalhekk, illum aktar minn qatt qabel, nistgħu nitkellmu b’mod aktar konkret dwar il-wellbeing tal-poplu. Saħaq li l-wellbeing ifisser ukoll investiment dirett fin-nies, filwaqt li enfasizza li d-dħul u l-ġid huma fatturi importanti għall-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin.

Il-Prim Ministru tenna li Gvern Laburista se jibqa’ joħloq il-ġid, ġid li jkompli jinfirex bejn kulħadd permezz tal-miżuri mħabbra, kif ukoll dawk li se jkomplu jitħabbru fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin.

Huwa qal dan hekk kif ħabbar għadd ta’ miżuri oħra li jiffurmaw parti mill-manifest elettorali “Int Malta”.

Dr Abela semma li l-finanzi tal-pajjiż jippermettu li Partit Laburista fil-Gvern ikompli jippremja aktar lil kull min jaħdem, għaliex ix-xogħol tal-ħaddiema huwa kruċjali biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem.

Fakkar kif, fis-snin li għaddew, il-ħaddiema bdew jirċievu ċ-ċekk li jippremja l-bżulija, filwaqt li grazzi għall-bidliet li diġà saru, illum hawn eluf ta’ persuni li ma jinqabdux bit-taxxa. Dan filwaqt li persuni b’komputazzjoni singola qed igawdu wkoll mit-twessigħ tat-tax brackets.

Fl-isfond ta’ dan kollu, il-Prim Ministru ħabbar li l-ħaddiema kollha se jibbenefikaw minn bonus annwali ta’ €1,000 fis-sena. Dawk kollha li għandhom dħul annwali ekwivalenti jew aktar mill-paga minima, inkluż self-employed u min jaħdem part-time, se jibbenefika minn dan il-bonus b’saħħtu. Spjega wkoll li dawk li jaħdmu part-time bi dħul annwali ta’ inqas minn €12,000 fis-sena se jibbenefikaw minn bonus pro-rata, li ma jkunx inqas minn €500.

Irridu li n-negozji li jsaħħu dejjem aktar l-operat tagħhom, li jagħmlu profitti sostenibbli u li jinvestu dejjem aktar fil-ħaddiema u n-negozju tagħhom. Fl-aħħar snin ħaddimna diversi skemi u inċentivi biex in-negozji jibqgħu jinvestu u jikbru. Dr Abela qal li tali sostenn se jkun qed ikompli jissaħħaħ, b’hekk kumpaniji b’turnover sa inqas minn miljun ewro fis-sena, ser jibdew jiġu ntaxxati b’rata ta’ 25%, minflok ir-rata ta’ bħalissa ta’ 35%. Huwa speċifika li biex dan japplika l-kumpanija trid tkunu tħaddem persuni f’Malta.

Il-Prim Ministru tenna li għal darb’oħra ċ-Children’s Allowance se jkunu qed jerġgħu jiżdiedu.  Dan hekk kif fuq leġiżlatura se jkun qed jiżdied mill-anqas €250 għal kull wild fis-suppliment li jitħallas lill-familji bi dħul ta’ anqas minn €40,000.

Huwa ta ukoll garanzija li għall-In-Work Benefit fuq leġiżlatura se jiżdiedu r-rati b’mill-anqas b’€150 fuq kull wild lill-familji li jibbenefikaw, waqt li fil-każ ta’ koppji li ġenitur wieħed jaħdem ikunu qed jiżdiedu r-rati b’€100 oħra addizzjonali.

Il-Prim Ministru Abela ħabbar li Gvern Laburista jkompli jsaħħaħ l-Housing Benefit Scheme – skema li tgħin lil dawk li jikru mill-privat, b’sussidji li jgħinu lil dawk li jikru post li jservi bħala r-residenza primarja tagħhom.  L-ammont ta’ benefiċċju huwa kkalkulat abbażi tad-dħul. Sabiex tkompli tissaħħaħ il-mobbilità soċjali, dawk l-applikanti li wara r-reviżjoni tad-dħul li ssir kull sentejn bħala parti mill-proċess tal-Housing Benefit Scheme ma jibqgħux eliġibbli minħabba li d-dħul tagħhom eċċeda dak stipulat fl-iskema, ser jingħataw inċentiv ta’ darba fejn l-applikanti jibqgħu jirċievu s-sussidju li iżda jonqos gradwalment fuq sentejn, sakemm issir r-reviżjoni ta’ wara. Fl-ewwel sena l-benefiċċju jonqos b’50% ta’ dak li l-applikant kien jirċievi u fit-tieni sena jonqos b’25% oħra.

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li fi spazju ta’ ftit snin il-Gvern se jkun ħalla xejn inqas minn €500 miljun fil-bwiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, filwaqt li d-deficit ta’ pajjiżna kompla jonqos b’mod konvinċenti taħt it-2%. Huwa spjega wkoll li s-super bonus imħabbar se jilħaq madwar 175,000 ħaddiem Malti u Għawdxi, inklużi self-employed, studenti li jaħdmu u pensjonanti li għadhom fid-dinja tax-xogħol.

Id-Deputat Ramona Attard sostniet li dawn il-miżuri mhumiex biss ċifri, iżda inizjattivi li jinħassu fil-bwiet tan-nies u li jaffettwaw direttament il-ħajja ta’ kuljum tal-familji Maltin u Għawdxin. Hija żiedet li permezz taż-żieda fl-in-work benefits, il-Gvern qed jibgħat messaġġ ċar li min jaħdem għandu dejjem ikun aħjar u dejjem ikun sostnut.


Comments

2 responses to “SMEs and self-employed to have their tax cut from 35% to 25% for turnover under €1 million”

  1. […] TVM, Opposition spokesperson for finance Adrian Delia said that, as the Finance Minister announced his proposals, he did not provide any guarantees that he would reduce the debt. He also criticised the […]

  2. […] tax for corporations from 35% to 25% and to 15% for micro-enterprises. The Labour government has already announced it will be reducing corporate and income tax to […]

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *